Storja

Il-kumpanija Teatru Rjal rat il-bidu taghha f'Gunju tal-1992 bil-produzzjoni impenjattiva hafna tar-Rock Opera "Pawlu 2000". Kien lejn tmiem l-1991 li gietni l-idea li nohloq kumpanija teatrali wara waqfa ta' 22 sena minn kull attivita' organizzata minni. Kellimt lil Tony Scott (li dak iz-zmien kellu recording studio) u dan accetta li niffurmaw kumpanija flimkien.

Jiena u Tony Scott domna flimkien sas-sena 1999. Minn dik is-sena sal-lum bqajt immexxi l-Kumpanija wahdi. Imheggeg mis-success kbir li kienet ghadha kemm kisbet f'Ghawdex "Pawlu 2000", kellimna lill-mibki izda qatt minsi Dominic Grech u Giovann Cauchi (kompozitur u awtur rispettivament ta' "Pawlu 2000"). fejn urejthom bil-hsieb tieghi u dawn accettaw li din issir Malta wkoll.

Beda x-xoghol, li ma kienx zghir, l-aktar meta d-decizjoni kienet li din ssir open air f'St Francis Ravelin, il-Furjana. Originarjament l-ewwel hsieb kien li ssir fil-fdalijiet tat-teatru l-imwaqqa', imma peress li kien qed isir xi xoghol, il-permess ma kienx inghatalna u saret f'St Francis Ravelin, il-Furjana.

L-isem tal-kumpanija Teatru Rjal ghandu sehem kbir fih Joe Quattromani, li kien idderiega "Pawlu 2000". u li tista' tghid li kienet idea tieghu li l-kumpanija tissemma hekk, anki ghall-hsieb li dan l-isem iqanqal kuxjenza u dan l-imbierek teatru jerga' jitla' bil-fdalijiet tieghu jibqghu jaghmlu parti importanti mill-binja gdida ta' dan it-teatru.

Kompla x-xoghol ta' thejjija ghal dan l-ispettaklu, li wassal ghall-ewwel rapprezentazzjoni li kienet saret il-Gimgha 14 ta' Gunju 1992 taht il-patrocinju tal-Ministru tal-Kultura ta' dak iz-zmien l-Onor Michael Frendo, li kien ghen biex din il-holma setghet issir realta'.

Ta' min jghid ukoll li ghall-ewwel darba f'Malta, dan ix-xoghol kien gie rrekordjat u hareg l-ewwel double album fuq CD, li dak iz-zmien kien sar f'Londra.

Wara s-success miksub b'din ir-Rock Opera, il-kumpanija ma harsitx lura u baqghet ittella' produzzjonijiet kbar u zzid fil-popolarita' taghha sal-gurnata tal-lum, bit-tieni produzzjoni jkun id-dramm mir-rumanz ta' Fr Harry Born b'adattament ghall-palk ta' Frederick Camilleri, IS-SALIB TAL-FIDDA li wkoll kiseb success kbir.

Kienu bosta l-produzzjonijiet impenjattivi li din il-kumpanija tellghet tul dawn is-snin kollha, fosthom xoghlijiet muzikali ta' Frederick Camilleri bhal "GESU TA' NAZARET " maqsum f'zewg partijiet. Xoghol iehor originali b'muzika ta' Tony Scott u b'lirika ta' Pawlu Micallef kien RAGA' SEBAH, li wkoll kien jitratta l-passjoni ta' Sidna Gesu Kristu.

Xoghlijiet ohra muzikali kienu l-kapulavur cinematografiku SISTER ACT b'adattament ghall-palk Malti minn Anna Dalli, "DIANA - QUEEN OF HEARTS", tislima lil Lady Diana, xoghol muzikali tas-surmast Joe Brown b'lirika ta' Joe Julian Farrugia, kif ukoll SCROOGE, xoghol iehor li kiseb success kbir ma' udjenza numeruza bil-muzika u lirika tinkiteb ukoll minn Frederick Camilleri, u IS-SETTE GIUGNO, muzika ta' Brian Muscat u lirika ta' Adrian Scerri

Fil-qasam tal-Kummiedja zgur li l-kumpanija Teatru Rjal tibqa' tissemma ghas-success kbir li kisbet ghal 4 staguni wara xulxin bil-karattru kapulavur li holoq il-bravu u mibki Charles Clews... Karmena Abdilla. IT-TIEG TA' KARMENA ABDILLA / IL-HONEYMOON TA' KARMENA ABDILLA / KARMENA ABDILLA 10 SNIN WARA T-TIEG u IL-HAJJA TA' KARMENA ABDILLA gibdu eluf kbar ta' dilettanti tal-palk lejn l-Istitut Kattoliku ghal numru rekord ta' rapprezentazzjonijiet li kienu saru.

Pass importanti fl-istorja tal-kumpanija sehh fl-2001, meta din il-kumpanija nghatat l-inkarigu li tibda tipproduci hi, flimkien mad-direzzjoni tal-Istitut Kattoliku, il-PANTOMIMA TAL-MILIED BIL-MALTI... Ma kinetx cajta, izda bix-xoghol u d-dedikazzjoni ta' kull min b'xi mod jew iehor kellu x'jaqsam ma' din is-sensiela sa issa, li wasalna ghad-9 sena taghha, ksibna successi kbar u zgur li llum hija wahda mill-attivitajiet principali li jattiraw udjenzi kbar fil-granet sbieh tal Milied.

  • 2001 - SINDIRELLA ta' Trevor Zahra.
  • 2002 - IS-SBEJHA U L-MOSTRU ta' Trevor Zahra.
  • 2003 - IL-MILIED TA' CHARLIE CHAPLIN ta' Hector Bruno.
  • 2004 - GAHAN U SAMINA JINHABBU FIL-MEDINA ta' Hector Bruno u  Pawlu Micallef.
  • 2005 - LAURIE & HARDY FIL-KASTELL TA' HARRY POTTER ta' Hector Bruno.
  • 2006 - ALADDIN U T-TIFLA TAL-GRANMASTRU ta' Jose' Micallef.
  • 2007 - POPEYE U L-PASTIZZI TAL-ISPINACI ta' Jose' Micallef.
  • 2008 - IT-TLIET MUSKETTIERI F'TART CITY ta' Jose' Micallef.
  • 2009 - SNOW WHITE U S-SEBA' QLUB TAD-DEHEB ta' Anthony Ellul b'lirika ta' Joe Julian Farrugia.
  • 2010 - ZIGGIE LULU ta' Hector Bruno.
  • 2011 - TARZAN MAL-ERBAT IRJIEH ta' Joe Julian Farrugia.
  • 2012 - MERRY POPPINS... FIL-MILIED ta' Joe Julian Farrugia.
  • 2013 - PINOCCHIO ta' Rodney Gauci.
  • 2014 - SINDYRELLA U L-BESTJA ta' Brian Farrugia.
  • 2015 - RAPUNZELL U S-SIGRA TAL-FAZOLA ta' Toni Busuttil.
  • 2016 - SKRUC ta' Rodney Gauci.

     

F'dak li ghandu x'jaqsam ma' xoghlijiet muzikali, il-kumpanija tiftahar ukoll b'sensiela ta' kuncerti verament spettakolari li wkoll attiraw udjenzi kbar lejn it-teatru, kemm Maltin kif ukoll turisti, fejn wiehed isemmi JUST MUSICALS 1, 2 u 3 u MOVIE MUSICALS...FROM SCREEN TO STAGE u BEST OF THE BEAST.

Ta' min isemmi wkoll RAKKONT, il-kuncert ta' Claudette Pace li l-kumpanija Teatru Rjal kellha l-unur li tipprezenta flimkien mal-istess Claudette, kif ukoll SIMPATICI u DUN BENIT ma' Hermann Bonaci Productions u d-dramm ferm impenjattiv MADAME X. Madankollu, huwa impossibbli li jissemmew il-produzzjonijiet kollha f'din il-pagna u ghalhekk wiehed ghandu jidhol fis-sezzjoni tal-arkivji biex ikun jista' jsib l-informazzjoni u rikordji ta' kull produzzjoni li saret minn din il-kumpanija tul dawn is-snin li ilha mwaqqfa.

Wiehed ma jistax ma jsemmix li din il-kumpanija kienet minn tal-ewwel li bdiet torganizza l-korsijiet tad-drama u ghamlet dan ghal diversi snin, izda minhabba nuqqas ta' hin ghal dan ix-xoghol kellha tieqaf minn din l-inizjattiva.

Il-kumpanija Teatru Rjal tirringrazzja lil kull min b'xi mod jew iehor hadem u ghen biex setghet tkompli tikber. Ma rridx insemmi ismijiet ghax tant huma hafna li facilment thalli lil xi hadd barra. Imma zgur tippermettuli nsemmi biss lill-udjenza, li dejjem onoratna u tatna kuragg bil-prezenza taghha, u lill-media kollha, gazzetti, stazzjonijiet tar-radju u t-televizjoni, u websajts, li dejjem taw pubblicita' lill-produzzjonijiet taghna.

Fost il-hames sezzjonijiet li wiehed isib f'din il-websajt tal-kumpanija Teatru Rjal, barra din il-pagna, hemm ukoll sezzjoni tal-arkivji, sezzjoni b'tislima lil dawk li taw sehemhom lill-kumpanija u li llum m'ghadhomx maghna, sezzjoni tal-produzzjonijiet li jkunu se jsiru u l-ahhar sezzjoni tkun dik li fiha wiehed jista' jibbukkja online il-produzzjonijiet kollha mtellghin mill-kumpanija Teatru Rjal.

Pawlu Testa
Producer Kumpanija Teatru Rjal
1 ta' Ottubru 2009

NB:  Hajr lil Joe Cassar li jiehu hsieb il-korrezzjonijiet u lil Joe Julian Farrugia li jiehu hsieb jittraduci mill-Malti ghall-Ingliz.

Fir-ritratt jidher Pawlu Testa, li ghadu jmexxi din il-kumpanija sal-gurnata tal-lum.

 

Kumpanija Teatru Rjal
133, G'Mangia Hill,
G'Mangia PTA 1311
Malta
T: (+356) 21223340
T: (+356) 27223340
M: (+356) 99476468
info@kumpanijateatrurjal.com
In association with
Pawlu Testa Travel
 

Copyright © 2009 Kumpanija Teatru Rjal · All Rights Reserved

Design by ZigPress